Il-Biker Alex Vella jibqa' maqbud f'Malta...'leave speċjali' ma jingħatalux
Alex Vella, il-biker Malti Awstraljan li issa ilu għal dawn l-aħħar
sena u nofs maqbud f'pajjiżna kellu talba għal 'leave speċjali'
rifjutata. Minkejja dan il-ġlieda tiegħu kontra l-Gvern Awstraljan se
tkompli. Vella spiċċa maqbud f'pajjiżna minħabba li l-Gvern Awstraljan
stennieh joħroġ mill-Awstralja u mbagħad irtiralu l-Visa. Vella kien
għal vaganza f'Malta meta seħħ dan.Il-biker li hu l-mexxej tal-akbar klabb tal-mutur fl-Awstralja 'Rebels', fl-aħħar sigħat ingħata sentenza mill-Qorti Awstraljana fejn fiha l-Prim Imħallef Robert French u l-Imħallfin Virginia Bell u Stephen Gageler, f'deċiżjoni unanima iddeċidew li ma jagħtux leave speċjali lil Vella biex jidħol fl-Awstralja. Hu ilu sena u nofs mifrud minn martu u uliedu.
Matul din is-sena Alex Vella integra sew fil-komunità Mostija, fejn ta' kull filgħodu jiltaqa' u jissoċjalizza ma' għadd ta' persuni fil-Mosta f'ħanut tat-te partikolari fil-pjazza tal-Mosta u anke jmur il-quddies kuljum.
Vella, li għandu l-mara, it-tfal u neputijiet fl-Awstralja, se jkompli bil-ġlieda tiegħu u dan wara li tliet imħallfin tal-Qorti Federali iddeċidew li Vella għandu jinżamm milli jidħol fl-Awstralja wara li l-gvern Awstraljan kien waqqaflu l-visa. Vella fil-Qorti sostna li l-gvern Awstraljan kien naqas milli joffrilu ġustizzja naturali.
Vella kien ddikjara ftit sigħat wara li ġiet kanċellata l-visa li, “Ħallewni noħroġ mill-Awstralja u għalquli l-bieb. Din hi logħba li l-awtoritajiet Awstraljani ilhom jilagħbu miegħi. Din hi daqqa minn wara. Jien se niġġieled bil-qawwa kollha. Ġratli darbtejn oħra, waħda minnhom seba’ snin ilu u kelli wkoll niġi lejn Malta. Waqqfuli l-visa bla raġuni ta’ xejn. Għamlu hekk għax jafu li hu diffiċli għalija li minn hawn niġġieled il-każ."
Meta kien tkellem ma' inewsmalta.com Vella kien spjega kif għal darb’oħra l-awtoritajiet Awstraljani ddeċidew li jittrattawh b’mod inġust meta stennewh joħroġ mill-Awstralja u meta raw li sar dan, irrevokawlu l-visa.
“M’għandhomx raġuni għaliex jagħmlu dan. Din hi xi ħaġa li ilhom jagħmluha miegħi,” kien qalilna Alex Vella li llum għandu 61 sena.
minn inewsmalta.com
Bonġu ħabib tieghi.
ReplyDeleteGħandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?
Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.
Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.
Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.
Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.
Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com
Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.