Thursday, January 22, 2015



Gashe, Gashe'……wiċċ imb'wiċċ mat-tallaba f'Addis Ababa

Fil-ġiri bil-vann madwar it-toroq tal-kapitali Etjopjana Addis Ababa, dejjem laqtulna għajnejna l-ammont kbir ta' tallaba.  Fir-rawndebawts, bankini, quddiem ħwienet, fit-toroq u quddiem il-knejjes. Min liebes ilbies maħmuġ, min ikkulurit b'xi ritratt ta' xi qaddis, oħrajn bilqiegħda mal-art b'xi tarbija ħdejhom, u oħrajn bil-krozzi.  Min jiffittak u jibda jgħidlek 'Gashe', 'Gashe'  u oħrajn jibqgħu bla emozzjoni ta' xejn. Ma stajtx nifhem it-twissija li ngħatajna fil-bidu tal-mawra tagħna - dik li ma nagħtux flus lil min jiġi jittallab. "Għaliex ma tistax tagħti flus lit-tallaba?", kienet il-mistoqsija li għamilna.
Risposta ċara qatt ma ħadna.  Forsi biex ibeżżgħuna - kienu qalulna li jistgħu jittieħdu passi kontrina jekk jaqbduna nagħtu l-flus lit-tallaba.  L-ewwel esperjenza diretta ġiet meta konna fil-qalba ta' Addis. Għaddejna minn qalb ħafna tallaba, sakemm dħalna lura fil-vann.  Quddiem il-vann inġabru għadd ta' nies u x-xufier stenna ftit sakemm dawn jitilqu.
F'mument minnhom rajna bħal qisu dell. Ħarisna fuq il-lemin tal-vann, u mat-tieqa rajna tifel tallab. Il-wiċċ kien iġiblek ħniena.  Kellu marki ma' wiċċu, aktarx min ħruq - xi ħaġa komuni fost it-tfal Etjopjani. Wiċċu mal-ħġieġa - ħasadna.  Ersaqt minn mat-tieqa, allavolja kienet imtella'.  Baqa' jħares lejna u aħna nħarsu lejh. Jiftaħ idejh jurina li jrid xi ħaġa. 'Gashe', 'Gashe' beda jgħidilna - li sa dak il-ħin ma konniex nafu xi tfisser.  Daħħalt idejja fil-but u tajtu l-ewwel karta ta' flus li telgħet, dik ta' $20. Newwilthielu u kważi hatafhieli minn idejja. Tallajt il-ħġieġa niġri.  Iżda hu baqa' hemm mal-ħġieġa, donnu ried aktar.
Mis-sit ta' quddiem, bdejt nisma' lix-xufier jgħajjat 'na' 'na' 'na'.  Bdejt nifhem li ried jgħidli li għamilt ħażin li tajtu l-flus. B'idejh beda jurini iż-żewġ naħat tat-triq. Startja l-vann u f'kemm ilni ngħidlek beda jdoqq il-horn biex dawk li kienu quddiem il-vann iwarrbu. Tlaqna b'veloċità qawwija mill-post.
Wara ġie spjegat lilna li kellu jagħmel hekk għax la tagħti ammont ta' flus lil tallab, tkun qed tirriskja li l-vann jispiċċa mdawwar b'nies jitolbu l-flus u lanqas tiċċaqlaq mill-post.  Sirt naf li 'Gashe' tfisser 'hija l-kbir'.

"Mis-suq tal-ħwejjeġ……mara tallaba
ma riditx titlaq il-bieba tal-vann"

Akkumpanjati minn gwida Etjopjan morna s-suq tradizzjonali tal-ħwejjeġ.  Kompost minn ringiela ta' gabbani tal-ħwejjeġ fuq iż-żewġ naħat tat-triq.  Xtrajna, iżda kif gejna biex nitilqu ġiet tiġri fuqna mara anzjana.  Bdiet titkellem il-lingwa tal-post, tiftħilna idejha u xxengel rasha biex intuha xi ħaġa.  Il-gwida mill-ewwel qalilna biex nidħlu fil-vann u ma nagħtux kas. Ħarisna lejha u aktar bdiet titkarrab quddiemna. "Nefsu", 'Nefsu" kienet il-karba tagħha.  Il-gwida għamlilna s-sinjal biex nidħlu fil-vann.  Il-mara ġiet mal-ħġieġa tat-tieqa tan-naħa ta' wara.  Iżżomm il-pum tal-bieba.  Ix-xufier jipprova jsuq iżda hi tibqa' żżomm mal-karozza. Finalment telqitha. Saq ftit u ħarisna mit-tieqa.  Kienet għadha hemm fin-nofs tat-triq tħares lejn il-vann.  Tistaqsih xi tfisser 'Nefsu' u jgħidlek 'Tifel tar-ruħ'. Bi tbissima jgħidlek ħafna tallaba se jgħidulek hekk.

It-tallab quddiem il-Knisja ta' Santa Marija….
….xtaq kumpens tas-sehem fil-gwerer imma….

Jekk tmur Entoto, muntanja ftit il-barra minn Addis Ababa, issib knisja tal-Ortodossi antika. Fil-viċinanzi tara ħafna mill-gabubi tipiċi tal-Etjopja, magħmulin miż-żingu u l-pjanċi.  L-ammont ta' tallaba li tara hu inkredibbli. Kollha bl-istejjer tagħhom. Gwidi li jiġu jdawruk mal-post malajr  jibdew jgħidulek l-istejjer ta' dawk it-tallaba.
Quddiem il-Knisja ta' Santa Marija issib għadd kbir ta' tallaba, ibda minn persuni b'diżabilità, oħrajn ikunu lebsin il-glekk u oħrajn bi ħwejjeġ imqattgħin u pjuttost maħmuġin
Il-gwida jirrakkonta l-istorja ta' wieħed minnhom - Kumelachew Lakew. Għandu xi 48 sena.  Ġie mill-belt ta' Gondor, fejn hemmhekk ħa l-edukazzjoni primarja.  Ingħaqad mal-armata fl-1977.   Serva lill-pajjiżu ghal 14-il sena fl-armata sakemm waqa' ir-reġim fl-1991.  Eżatt wara Kumelachew  ivvjaġġa distanza twila u mar fil-kapitali Addis Ababa. Ried isib xogħol biex jaqla' l-għixien tiegħu. Fil-bidu kien hemm xi xogħlijiet li hu seta' jagħmel.  Il-ftit edukazzjoni li kellu kienet l-akbar problema biex isib ix-xogħol.  Ix-xogħlijiet li sab kollha kienu jinvolvu xogħol iebes. Spiċċa jaħdem xogħol manwali fl-inħawi tas-suq u f'żoni ta' kostruzzjoni.  Maż-żmien saħħtu marret lura.  Mal-ewwel daqqa t'għajn tinduna li r-raġel ilu ma jiekol sew. Pjuttost niexef u mixrub. Minħabba saħħtu ma setax jaħdem aktar dan ix-xogħol iebes. Illum marid bit-Tuberkolożi.  Jirrakkonta kif ġie ferut seba' darbiet fil-gwerer li ġġieled. Jgħid li ġo ġismu għad fadallu bullit.  Illum jgħix billi jittallab barra l-knisja. Ġo fih għandu rabja.  Serva lill-pajjiżu fil-militar u jemmen li messu kien kumpensat u mhux spiċċa fuq l-għatba ta' knisja.  Bil-lejl ma jkollux saqaf fuq rasu, u jorqod fil-bitħa tal-istess knisja.

"Li titlob il-flus hu att tal-mistħija…..
…..ma jkunx hemm alternattiva"

Barra l-knisja ta' San Gorg, issib lil Getahun. Tallab pjuttost pulit u edukat.  Mhux gej jiffittak kif ikun hemm min jagħmel. Jgħidlek l-istorja tiegħu faċilment.  "Twelidt f'Addis'. Jgħid li ż-żona favorita tiegħu biex jittallab il-karità hi dik madwar il-Knisja ta' San Gorg. "L-Etjopjani ma jkunux iridu jittalbu. Dan hu att tal-mistħija. Meta tiffaċċja problema li wieħed ma jkunx jista' jġorrha waħdu u ma jkollux toroq oħra fejn imur, dak li jkun ma jkollux triq oħra għakr li tispiċċa tiddependi fuq il-karità ta' organizazzjonijiet jew billi tittallab".  Jgħidlek li ħafna tallaba jispiċċaw f'din il-pożizzjoni minħabba li jimirdu, għax ikollhom iż-żmien, jispiċċaw b'diżabilità, bla xogħol jew minħabba l-faqar.

It-tipi differenti
ta'  tallaba

Bil-gwidi jeħduna f'diversi postijiet differenti f'Addis Ababa, ma jonqosx li jispejgawlek id-differenzi bejn it-tallaba.  Hemm dawk li jimxu minn post minn post għall-iehor fl-istess belt.  Ħafna drabi dawn jittalbu għall-flus waqt li jkun mexjin.  Ħafna minn dawn issibilhom santi jew speċi ta' ikoni imdendlin magħhom, bl-ewwel impressjoni li tieħu tkun li dawn qed jiġbru l-flus għal xi organizazzjoni reliġjuża. Xi wħud minnhom ikollhom ilbies partikolari, pjuttost ikkulurit, fejn jispikkaw il-kuluri tal-bandiera Etjopjana.
Hemm imbagħad dawk li jissejħu 'avowals'.   Prattikament dawn ikunu nisa anzjani.  Ħafna minn dawn issib li jkunu talbu għal problema serja li jkollhom jew għamlu wegħda.  Issibhom dejjem lebsin pulit u l-istess bħal kategorija ta' qabel b'xi santa imdendla magħhom. Dawn ma jittalbux għalihom.  Tkun inqalgħatilhom il-wegħda jew il-grazzja u għalhekk jittalbu u dak li jaqilgħu ituh il-knisja.
Fit-toroq jispikkaw it-tallab silenzjużi.  Dawn ikunu tallaba li joqogħdu bilqiegħda fuq xi ċint baxx, xi għatba jew mal-art fit-triq. Fuq wiċċhom ma' jkollhom ebda espressjoni. Ħafna drabi jesponu xi parti minn ġisimhom li fiha ikollhom xi difett. Ġieli jkollhom xi kitba imdendla magħhom jew anke xi ritratti.
Issib ukoll it-tallaba li jużaw il-mużika, ħafna drabi strumenti tradizzjonali Etjopjani jew flutes, biex jittalbu.
Hemm dawk li jittalbu bħala grupp. Normalment ikunu tlett persuni, għalkemm ġieli kien hemm anke seba' persuni. Issib li jkunu pjuttost organizzati.  Tara li dawn bejniethom ikun hemm ċertu għaqda fejn jaqsmu kollox bejniethom.  Il-'Borkos' huma tallaba żgħażagħ li joqogħdu fi grupp.
Bil-kontra tat-tallaba reliġjużi, il-Borkos issib li jkollhom ħwejjeġ imqattgħin u maħmuġin għal-aħħar.
Issib imbagħad dawk li jittalbu f'isem ħaddiehor, bħal adult li jitlob flus għal missieru anzjan li jkun ħdejh, jew omm titlob flus għat-tarbija tagħha.

Dan l-artiklu deher fil-ġurnal it-Torċa

1 Comments:

At June 22, 2021 at 6:45 AM , Blogger ESTHER CELINE said...

Ħajti ġiet meqruda meta r-raġel tiegħi bagħtilni l-ippakkjar, wara 13-il sena ilna flimkien. Jien kont mitluf u bla saħħa wara li ppruvajt bosta modi biex inġib lura lili r-raġel. Ġurnata waħda fuq ix-xogħol, kont distratt, ma kontx naf li l-imgħallem tiegħi ċempilli, allura hu qagħad u staqsieni dwar xiex inhu, qaltlu u tbissem u qal li ma kienx problema. Qatt ma fhimt xi ried ifisser biha ma kien hemm l-ebda problema biex terġa 'lura lil raġel tiegħi, huwa qal li uża jespliċitaw biex jirritorna lil martu meta ħallietu għal raġel ieħor, u issa huma flimkien sad-data, u inizjalment, kont ixxukkjat nisma' xi ħaġa mill-imgħallem tiegħi. Huwa tani indirizz elettroniku ta 'DR ODION, li għenu biex iġib lura lil martu, jien qatt ma emmint li dan jaħdem, imma ma kelli l-ebda għażla li niġi f'kuntatt mal-kliem li nispiċċa, u talab l-informazzjoni tiegħi u li ir-raġel tiegħi seta 'jipproponi li jitfagħlu l-isplużjoni u jien bgħattlu d-dettalji, imma wara jumejn, ommi ċemplitli li r-raġel tiegħi kien qed jitlob li jridni lura, jien qatt ma emminni, għax kienet biss ħolma u jien kelli niġri lejn il-post ta 'ommi u għall-akbar sorpriża tiegħi, kien għarkubbtejt lil raġel tiegħi jitlobli maħfra li jridni lili u lit-tifel lura d-dar meta tajt lil DR ODION konversazzjoni dwar bidla f'daqqa ta' raġel tiegħi u hu għamilni ċar li r-raġel tiegħi se jħobbni sal-aħħar tad-dinja, li hu qatt ma jitlaq għal mara oħra. Issa jien u r-raġel tiegħi erġajna flimkien u bdejna nagħmlu affarijiet tad-daħk li ma għamilx qabel, jagħmilni ferħan u nagħmel dak li suppost tagħmel bħala raġel mingħajr ma jdejjaq. Jekk jogħġbok jekk għandek bżonn għajnuna ta 'kwalunkwe tip, jekk jogħġbok ikkuntattja lil DR ODION għall-għajnuna. L-email tiegħu hija (drodion60@yandex.com) jew ċempel +2349060503921 JEW ukoll fuq WhatsApp.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home