Tuesday, June 23, 2015

'Li tiġġieled it-traffikanti ma jfissirx li qed tindirizza d-disperazzjoni'


Fl-aħħar jiem u anke fl-aħħar sigħat, bdiet il-ħidma Ewropea permezz ta' operazzjoni militari fuq il-baħar konnessa ma' sorveljar u assessjar tat-traffikar ta' immigranti mill-Afrika ta' Fuq lejn l-Ewropa. Quddiem dan, iżda, il-mistoqsijiet li qed joħorġu b'mod partikolari minn aġenziji li jaħdmu b'risq id-drittijiet tal-bniedem u l-immigranti, kif ukoll akkademiċi li jirriċerkaw fuq l-immigrazzjoni, huma diversi.
Fi kliem rappreżenanti ta' għaqdiet u akkademiċi, ġlieda jew gwerra kontra t-traffikanti bl-ebda mod ma tfisser li tkun qed tiġġieled id-disperazzjoni li jkunu jinsabu fiha l-immigranti. Il-mistoqsijiet li qed jitqajmu huma dawk ta' 'fejn hi l-politika ta' immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea?".
Rappreżentant ta' għaqda mhux governattiva, meta kkuntattjat minn inewsmalta.com dwar din l-operazzjoni navali kontra t-traffikanti, qalilna li "m'iniex kontra din it-tip ta' operazzjoni. Imma hemm prijoritajiet. Nara li l-prijorità hi dik li s-sofferenzi tal-immigranti, l-isfruttament u r-riskji jibdew jiġu indirizzati. Billi tagħmel sorveljanza għat-traffikanti, is-sofferenzi tal-immigranti hemm se jibqgħu".
L-akkademiku Thomas Spijkerboer, li anki wettaq riċerka f'Malta fuq l-immigrazzjoni, ma jonqosx li jiddikjara li "l-Unjoni Ewropea  qed tgħid li t-traffikanti jisfruttaw id-disperazzjoni tar-refuġjati.  Imma li tiġġieled it-traffikanti ma jfissirx li qed tindirizza d-disprament li jinsabu fih fl-immigranti.  Fejn hi l-politika ta' immigrazzjoni Ewropea?"
Rappreżentant iehor li tkellem magħna qalilna li "ma nistax nifhem kif għal operazzjoni kontra t-traffikanti jkun hemm qbil fost il-pajjiżi Ewropej, iżda mbagħad għar-rilokazzjoni ta' immigranti hemm nuqqas ta' qbil. Din turik fejn waslet l-umanità tal-Unjoni Ewropea".
Intant il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Ministru George Vella, iltaqgħu fil-Lussemburgu għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri fejn ġiet diskussa l-implimentazzjoni tal-pjan li kien tressaq f'nofs Mejju mill-Kummissjoni Ewropea. Dak il-pjan kien fih miżuri intiżi biex jinqerdu d-dgħajjes li jintużaw mit-traffikanti  biex iġorru l-immigranti. Din l-operazzjoni ssejħet Eunavformed. Din tnediet ilbieraħ mill-Kunsill Ewropew.
Din l-operazzjoni se jkollha l-bażi tagħha f'Ruma, fejn għaliha kienu allokati kważi €12-il miljun.
L-operazzjoni hi komposta minn tliet fażijiet. L-ewwel fażi se tkun  sorveljanza u assessjar taċ-ċrieki tat-traffikar, waqt li fit-tieni fażi se jinqerdu d-dgħajjes suspettużi. It-tielet fażi se tkun komposta fi tfittxija u l-qbid ta' traffikanti.
minn inewsmalta.com

2 comments:

  1. Applika għal self ta 'malajr u konvenjenti biex tħallas kontijiet u li jibdew negozju ġdid jew ri-finanzjament ta' proġetti tiegħek b'rata ta 'imgħax irħas ta' 3%. Do kuntatt magħna llum via: co.operateloanservice@gmail.com għal aktar informazzjoni.

    ReplyDelete
  2. Bonġu ħabib tieghi.
    Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
    Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

    Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

    Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

    Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
    Tista 'tissellef sa 10 miljun.
    Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
    Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
    Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

    Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

    Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
    Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

    Sincerament
    Marcus & Millichap
    CEO, Pinnacle Financial Group.

    ReplyDelete