'Qatt ma nsejna l-infern li ħoloq il-Vulcan' - anzjani Żabbarin
Dawn kienu l-kummenti li għaddewlna residenti Żabbarin li 40 sena ilu kienu preżenti għat-traġedja li ħalliet mara mejta u ħames membri tal-ekwipaġġ mejtin fit-traġedja tat-tiġrif tal-ajruplan Vulcan fuq Ħaż-Żabbar.
inewsmalta.com permezz tal-fotografu Ian Noel Pace u l-ġurnalista Victor Vella, marru Ħaż-Żabbar fejn tkellmu ma' anzjani dwar din it-traġedja li llum qed tagħlaq 40 sena.
Karmena
Demicoli ta' 70 sena qaltilna li, "Kont sejra bit-tfal l-iskola. Kienu
xi s-1.15 ta' waranofsinhar. Kienet ġurnata sabiħa ħafna. Kelli ħabiba
jisimha Lucy u għedtilha ejja mmorru ftit kmieni bit-tfal. Morna jien,
hi u t-tfal.F'ħin minnhom smajt bħal splużjoni fl-arju u nara ajruplan. Kien qed jaqbad u jisplodi fl-ajru. Beda sejjer paq paq paq. Immutajt. Fl-istess ħin qed narah jinfetaħ bl-istess splużjoni. Biċċa minn żaqqu marret 'l hemm u biċċiet oħrajn ġew 'l hawn. Il-ġewnaħ waqa' fit-triq il-ġdida. Naraw bħal daħna kbira ħafna. Kelli t-tifla ż-żgħira Mariella u lil din kont kaxkartha. Lit-tfal lanqas bgħatniehom skola. Ommi kienet anke ġiet tfittixni. Kien hawn traġedja. Wara qaluli li l-ġewnaħ niżel fit-triq il-ġdida. Issa hemm ikollok it-tfal tal-skola. Kumbinazzjoni lanqas ħadd ma ħareġ. Veru li l-Madonna tal-Grazzja ħelsithielna. Meta jasal iż-żmien tiegħu jien nibda ngħid li traġedja bħal din qatt ma rajt. Dakinhar kont qisni qed nara film. Qatt ma nsejtha; dejjem niftakar fiha," tirrakkonta Karmena.
Angelica Schembri, li toqgħod f'dar li jisimha Vulcan u hemm anki biċċa mill-ajruplan imwaħħla mal-faċċata, meta tkellmet ma' inewsmalta.com qaltilna
li, "Jien kont hawn fid-dar. Smajna splużjoni. Hsibnieha xi ċilindru
tal-gass. Lil ommi għedtilha l-marelli dan iċ-ċilindru x'ħoss għamel.
Ħriġt niġri u kif ħarist 'il fuq nara daħna kbira."Tispjega kif ġew infurmati biex jitilqu minn darhom u marru f'żona oħra f'Ħaż-Żabbar. Ma stajniex ma nistaqsuhiex dwar il-biċċa metall li hemm mal-faċċata tad-dar tagħha u l-isem 'Vulcan', u tgħidilna li dik kien ġabha missierha.
inewsmalta.com tkellem
ukoll ma' Grace Pace, li qaltilna li, "Kieku dak iż-żmien kont ngħix
hawn u ma kontx għand ommi ma kont inkun naf xejn. Inzerta li ommi
kellha attakk f'qalbha u konna morna ngħixu għal xi żmien magħha. Kont
qed nieħu t-te u ommi kienet fis-sodda u smajna qisu ħsejjes bħal trikki
trakki. Ommi qaltli "ġew għalina. Daħluna". Il-ħoss ġie qisu
mill-bitħa. Jgħidu li jien fil-gwerra meta kont għadni daqsxejn ta'
tifla meta kont nisma' l-ajruplani kont nitla' fuq il-bejt. Dakinhar
insejt lit-tfal u tlajt fuq il-bejt. Ftaħt il-bieb biex nara x'ġara.
Nara mhux ħuġġieġa waħda imma ħafna ilsna tan-nar. Għedtilha ġara xi
ħaġa fit-triq il-ġdida. Ittawwalt fit-triq u rajt infern. Rajt
lill-kappillan u t-tabib. Inkwetajt għax ir-raġel kien xogħol u
t-telefown inqata'. Hu kellu jimxi mill-Fgura sad-dar għax ma setax
iċempel. L-għalliema tat-tifel ġiet id-dar bex iċċempel u sserraħ ras
il-qraba tagħha. Imma ma setgħetx taqbad. Morna t-triq il-ġdida u rajna
dak id-diżastru. Kullimken iswed u tifrik. Dik li mietet, kien hemm xi
ħadd li qalli li kienet spiċċat maħruqa u kienet qisha qed tara zokk ta'
sigra. Għarfuha minn xi ħaġa tad-deheb li kellha."Tgħidilna li, "Għadda dan iż-żmien kollu u l-qatgħa tibqa' fuqek. Allavolja għaddew erbgħin sena. Meta niftakar tiġini dehxa. Kull sena niftakar fiha."
F'dik it-traġedja mietet Vinċenza Zammit ta' 48 sena u ħames membri li kienu jiffurmaw parti minn ekwipaġġ ta' sebgħa fuq ajruplan militari Ingliż tat-tip Vulcan Bomber. L-ajruplan wara li sploda kien ħalla straġi sħiħa fi Triq is-Santwarju f'Ħaż-Żabbar. L-ajruplan kien fuq titjira ta' taħriġ minn Londra għal Malta u kien mistenni jdum Malta tlett ijiem.
Kawża tal-isplużjoni mhux inqas minn għoxrin Malti, fosthom tifel ta' madwar seba' snin, kienu ttieħdu b'urġenza fl-Isptar San Luqa. Wara li ġew imdewwijin tmienja minn dawk feruti intbagħtu lejn id-dar u sebgħa oħra nżammu għal aktar kura.
Kien għall-ħabta tas-siegħa ta' waranofsinhar meta l-ajruplan Vulcan deher riesaq lejn l-ajruport. Kif kien xi mitejn jarda bogħod, qabel ma mess mal-mitjar, l-ajruplan beda nieżel b'ħeffa mhux tas-soltu. Bis-sabta li ħa, il-Vulcan tajjar ir-roti tax-xellug u għal xi tul tkaxkar fuq denbu. Dan l-episodju qasir kien il-bidu ta' traġedja li kexkxet liż-Żabbarin.
Jidher li l-bdot kien iddeċieda li ma jkomplix jillandja u reġa' tar. Dan irnexxielu jagħmlu. Dilettant tal-ajvazzjoni li dakinhar kien qed jisma' r-radju fuq il-frekwenza tat-Torri tal-Kontroll, sema' lill-bdot jgħid li "se nagħmel dawra oħra". It-tweġiba mit-Torri tal-Kontroll kienet li "naħseb li l-ajruplan qed jaqbad".
L-ajruplan deher qed idur iżda kif kien fuq Ħaż-Żabbar dan iddisintegra u sploda. Żewġ membri tal-ekwipaġġ irnexxielhom jaqbżu bil-paraxut.
Żewġ
partijiet kbar mill-ajruplan niżlu fl-iskola primarja u fuq bejt ta'
garaxx li hemm fi Triq Santa Tereża viċin l-iskola. Għalkemm dak il-ħin
fl-iskola kien hemm xi tfal u xi għalliema, b'fortuna kbira ħadd ma
weġġa'. Partijiet żgħar oħra ġew f'għelieqi fil-qrib, fuq bjut, fi djar
u fi pjazza San Ġakbu magħrufa bħala l-Misraħ. Għadd ta' aerials
tat-televiżjoni tqaċċtu u d-dawl elettriku nqata' minnufih. Għadd ta'
karozzi fil-qrib inħarqu bl-istess petrol li ħalla warajh l-ajruplan
sekondi qabel niżel fl-għalqa.Fi Triq is-Santwarju kien hemm konfużjoni sħiħa u fl-għelieqi 'l ġewwa minn Triq Santa Duminka, fejn straħ l-ajruplan, kien hemm storja oħra. In-nies marret bi ħġarha fuq il-post fejn kien hemm xeni deskritti minn dawk preżenti bħala 'tat-tkexkix'. Fil-ġenb ta' din l-għalqa kien hemm l-ajruplan miksi bi dħaħen u nirien. F'ħin minnhom instemgħu żewġ splużjonijiet qawwija. Waqt li kienet qed issir ġlieda kontra n-nirien, ġriet l-aħbar li kien hemm dar li kienet qed taqbad.
Tħejja dokumentarju
Intant fl-okkażjoni tal-40 sena anniversarju minn din it-traġedja, is-Sottokumitat Edukazzjoni u Żgħażagħ fi ħdan il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar ħejja dokumentarju biex ifakkar din it-traġedja. Dan jikkonsisti f'intervisti u filmati antiki. Il-ġrajja se titfakkar b'quddiesa llum u wara jkun hemm programm qasir fejn se jintwera dokumentarju.
minn inewsmalta.com


Bonġu ħabib tieghi.
ReplyDeleteGħandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?
Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.
Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.
Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.
Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.
Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com
Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.