F'dan il-Parlament għandu jkun restawrat is-sens ta' serenità u rispett reċiproku
- il-Prim Ministru
Wara l-battibekki tal-bieraħ fil-Parlament u l-battibekki fis-seduta
tal-lum, il-Prim Ministru Joseph Muscat f'intervent wara li skada l-ħin
tal-mistoqsijiet appella biex fil-Parlament ikun restawrat is-sens ta'
serenità u r-rispett reċiproku. Hu tenna li, "F'demokrazija matura żewġ
naħat jistgħu jaħdmu flimkien."
Il-Prim Ministru qal dan wara li ddikjara li kien ippjanat li jagħmel
stqarrija ministerjali dwar is-summit fi Brussell. Qal iżda li ġie
infurmat li l-Kap tal-Oppożizzjoni minħabba impenji oħra ma kienx se
jkun preżenti u hu qabel li l-istqarrija ministerjali ssir darba
oħra.

No comments:
Post a Comment