'Komunitajiet ta' minoranzi għandhom jingħaqdu kontra gruppi estremi f'Malta'
- Alex Caruana
'Nixkanawh 'l barra". "Dik mara jew raġel ta' xagħarha mdellek? U hemm il-wiża tal-graffitti ukoll. Riklam tal-ħmieġ u tidlik". "Inħares lejh nitqażżeż. Jaq." "Aħjar jinħasel ħasla bleach". "M'hemm xejn agħar minn dawn it-tradituri".
Dawn kienu kummenti li nkitbu f'sit soċjali tal-lemin estrem, kontra persuna trans li esprima ruħha fuq partiti tal-lemin estrem u l-immigrazzjoni. Alex Caruana fl-aħħar jiem kiteb u kkummenta fuq is-sit soċjali tiegħu li l-partiti tal-lemin estrem m'għandhomx jitħallew jerfgħu rashom, waqt li kkritika lil min hu kontra l-immigrazzjoni irregolari. Quddiem dawn il-kummenti hu spiċċa attakkat u mgħajjar f'sit soċjali tal-lemin estrem, b'mod partikolari dwar il-fatt li hu persuna trans.
Kuntattjat minn inewsmalta.com, Alex Caruana qalilna li "kont sorpriż bl-attakki feroċi fuqi. Li għedt jien kien fuq il-fatt li kien hemm persuna li bdiet tiġġustifika l-faxxisti fi Brussels u jien għidt lil persuna oħra għalfejn qed teħodha ma' dawn it-tip ta' nies".
Alex Caruana qalilna li "l-għada li ktibt hekk, issib ruħek kulħadd jaqlalek. Din naraha intimidazzjoni. Naħseb li l-Pulizija għandha tagħmel xi ħaġa. Hi kontra l-liġi li ħadu r-ritratti tiegħi u ppubblikawhom. Dawn huma grupp mhux biss kontra immigranti. Jien persuna trans. Nemmen li l-kommunitajiet differenti għandhom joħorġu dikjarazzjonijiet kontra dawn l-atti faxxisti. Lili għajruni għax trans. Naħseb li dan hu moviment li qed mal-Ewropa u għandna niqfulhom b'kull mod."
Kompla jgħid li "jien mhux se nibża. Imma persuna trans mhux faċli tgħix ħajjitha. Jekk tkun dgħajjef dawn it-tip ta' attakki jistgħu jaffettwawk ħażin." Alex Caruana hu parti mill-Moviment Graffitti.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home