Il-ħaddiema u ż-żgħar jaqilgħu fuq rashom
watt li dawk f'Kastilja jiftħu l-kontijiet sigrieti
- id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li xejn inqas minn 80,000 ħaddiem naqsitilhom il-paga. Qal li hemm morda bil-kanċer li qed imorru jitkarrbu għand il-President. Spjega li minkejja li ż-żgħar u l -ħaddiema qed jaqilgħu fuq rashom, dawk li hemm f'Kastilja qed jiftħu l-kontijiet sigrieti u l-Prim Ministru jgħattilhom.
Jason Azzopardi qal li 'naqbel ma' dak li qal Silvio Parnis, li nattakkaw l-argument u mhux il-persuna. Ma naqbilx imma ma' dak li qal Chris Fearne li jien inċitajt in-nies il-Belt. Fit-Torċa stess, Fr. Mark Montebello kiteb li "lil Jason Azzopardi ammirajtu għax kemm il-darba deher iwaqqaf lin-nies". Mhu minnu xejn li inċitajt lin-nies jew li għedt kliem mhux xieraq".
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home