Din il-mozzjoni ta' sfiduċja mhi xejn għajr opportuniżmu politiku.
Il-Viċi Prim Ministru Louis Grech qal li din il-mozzjoni ta' sfiduċja mhi xejn għajr opportuniżmu politiku.
Sostna li "qatt fl-istorja ta' pajjiżna ma kien hemm stennija għal
standards għoljin. Nafu li l-argument li għax huma kienu jagħmlu hekk ma
jreġix mal-poplu. M'aħniex se naqgħu fin-nassa li kienu waqgħu fiha ta'
qabilna. Kien hemm episodji li stajna evitajniehom u kien hemm
affarijiet li mhux dejjem għamilniehom bl-aħjar mod."
Hu sostna li fiż-żmien li ġej il-Gvern se jindirizza b'mod qawwi
l-kwistjoni tal-governanza u qal li se jitwaqqaf pjan għal dan il-għan.
Spjega wkoll li se jittieħdu miżuri dwar ħasil ta' flus u evażjoni ta'
taxxa.
Tenna li jaqbel ma' min jargumenta li l-Partit Nazzjonalista qed
jaġixxi b'mod sproprzjonat basta jilħaq l-għanijiet tiegħu. Tenna li
l-politika tal-Partit Nazzjonalista hi waħda ta' konfrontazzjoni.

No comments:
Post a Comment