Joseph Muscat hu salesman u għalhekk
ma jafx jirranga l-karozza li waqfitilha l-magna
- Robert Arrigo PN
Robert Arrigo qal li taħt dan il-Gvern kellna sensiela ta’ żbalji u
skandli li qed jgħajjew lin-nies. Huwa fakkar kif fi żmien Gvern
Nazzjonalista kien tkellem dwar is-‘slow puncture’ li kellu l-Gvern u kien hemm min daħak bih imma wara tkaxkira ħafna qalulu li kelli raġun. Illum għandna erba ‘slow punctures’
u waqfet il-magna. Arrigo qal li fl-aħħar ġimgħa Malta waqqfet u
peress li Muscat huwa salesman mhux mekkanik ma jafx jekk se jirranġax
sitwazzjoni. Fl-istess waqt saħaq li l-Gvern għandu dritt jibqa’
jiggverna u jara l-konfużjoni li hemm fih illum u jirranġa ħalli Malta
timxi ‘l quddiem.
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment