Mozzjoni ta' sfiduċja minn Marlene Farrugia
fil-Ministru Konrad Mizzi
Wara l-intervent li għamlet fil-Parlament, id-Deputata Indipendenti
Marlene Farrugia, waqt li sostniet li triq li l-Gvern Laburista
jitnaddaf biex ikompli jagħmel il-ġid, ħabbret li hi se tressaq mozzjoni
ta' sfiducja fil-Ministru Konrad Mizzi biex il-Gvern Laburista jkun
jista' jibqa jmexxi sew. L-Ispeaker qalilha li dam mhux il-mument li
tressaq dik il-mozzjoni għax hemm perjodu ta' zmien li jrid jiġi
segwit. Hija qalet li l-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri fethu kont
fil-Panama kien biżżejjed biex il-Prim Ministru jitlob ir-riżenja
tagħhom. Farrugia qalet li tixtieq li l-Gvern jitnaddaf u jitfarfar minn
dan il-ħmieġ li qed iħammarlu wiċċu. Fid-diskors tagħha kellha kliem
iebes għalll-mod kif Mizzi innegozja l-privatizzazzjoni tal-Enemalta u
akkużatu li daħak bil-ħaddiema tal-Enemalta. Hija ddeskriviet ukoll
liċ-Chief-of-Staff tal-Prim Ministru bħala Keith Skandli Schembri.
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment