Il-Gvern qed jagħmel biċċa xogħol eċċellenti
biex iġerrex negozji minn Malta
- Kristy Debono PN
Storiku Ruman Tacitus tkellem kontra l-barka u l-kunsens passiv ta’
kulħadd għal att imwettaq ħażin mill-ftit. Jekk Gvern ma ridx naslu
s’hawn missha intrefgħet responsabbiltà. M’aħnix nagħmlu dan biex
niddistabilizzaw il-Gvern, huwa l-Gvern li qed jiddistabilizza lilu
nnifsu. Gvern li qed itappan il-kredibilità tas-settur tas-servizzi
finanzjarji. Dan il-gvern qed jagħmel biċċa xogħol eċċellenti biex
igerrex negozji minn pajjiżna. Huwa Gvern li qed joħloq instabilita
politika. Sitwazzjoni li ma tawgurax ambjent politiku feliċi biex jiġu
negozji Malta. Dan qalitu d-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono waqt
l-intervent tagħha fid-dibattitu tal-lum.
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment