Żdiedu l-inċidenti fil-kostruzzjoni.... permessi se jkunu marbutin ma’ rekwiżiti ta’ saħħa u sigurtà
Il-Ministru Helena Dalli meta għalqet id-dibattitu qalet li rigward
iż-żieda fl-inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni, l-OHSA qed taħdem
mal-MEPA biex il-ħruġ ta’ permessi jkun marbut ma’ rekwiżiti ta’ saħħa u
sigurtà. Hi saħqet li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu b’mod
ġenerali iżda żdiedu fis-settur tal-kostruzzjoni. Qalet li l-OHSA qed
taħdem ma’ NGOs rigward ħaddiema barranin biex dawn jifhmu aħjar
id-drittijiet tagħhom.
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment