Spettaklu minn qatgħa Fjamingi
Qatgħa ta' disa' Fjamingi dalgħodu taw spettaklu sħiħ fl-inħawi ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Id-dehra tagħhom ġibdet l-għajn ta' diversi persuni li waqfu jarawhom. Marcus Camilleri, irnexxielu jiġbdilhom ritratti waqt li kienu għaddejjin minn ħdejn wieħed it-Torrijiet ta' De Redin.Il-Fjamingi jidher li baqgħu sejrin lejn Wied il-Għajn.
ritratt Marcus Camilleri

No comments:
Post a Comment