Il-paviment taħt l-arkati fi Pjazza San Ġwann…se jinbidel kollu b'disinn ġdid
Pjazza San Ġwann, eżattament il-paviment li hemm taħt l-arkati, se
jinbidel kollu kemm hu b'disinn ġdid. Id-disinn il-ġdid se jkun
karatterizzat mis-Salib tal-Ordni ta' San Ġwann, li se jkun fiċ-ċentru
tal-paviment.
Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-paviment jinbidel, kemm għax dak li
kien hemm ma kienx adattat għall-post kif ukoll għax dan kien fih għadd
ta' ħsarat. Dan il-paviment se jkunu qed jagħti dehra ġdida lil dan
il-passaġġ, ftit xhur qabel il-Belt Valletta tiġi dikjarata bħala l-Belt
Kulturali Ewropea fis-sena 2018.
Resident li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li, "Kienet ilha
tinġibed l-attenzjoni li dak il-paviment kellu jinbidel. Ma kienx jixraq
għal din il-pjazza. Għandek il-Konkatidral li hu meqjus bini
imprezzabbli iżda mbagħad l-art ta' din il-parti tal-pjazza kienet
inferjuri ħafna. Pass tajjeb li din issa se tinbidel."
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment