Munzelli ta' naqal tal-għeneb...irwejjaħ insapportabbli
Kmieni dalgħodu kull min kien għaddej minn inħawi f'Ta' Buqana bejn ir-Rabat u -Mosta intlaqa' minn irwejjaħ qawwijin ħafna. Xi wħud lanqas felħu ma jżommux imnifsejhom.
Jirriżulta li xi persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu ammont kbir ta' naqal tal-għeneb f'għalqa li hemm mat-triq u dan bil-fermentazzjoni beda jikkawża din ir-riħa.
Sewwieq li kien fiż-żona qalilna li "r-riħa tant kienet qawwija li tidħol fi mnifsejk. Jekk tieqaf u tittawwal ftit tara, kważi tistordi bir-riħa li hemm. Nittamaw li l-awtoritajiet jieħdu passi u dan jitneħħa".

No comments:
Post a Comment