Salvati 269 persuna...ħafna minnhom mis-Sudan
Ftit tal-ħin ilu il-bastiment Norveġiż Siem Pilot salva 269 persuna li kienu qed jivvjaġġaw fuq dgħajsa tas-sajd mil-Libja lejn l-Ewropa.
Minn l-ewwel analiżi li saret jidher li l-parti l-kbira tagħhom huma mis-Sudan.
Irid jingħad li għalkemm dawn kienu abbord dgħajsa tas-sajd, matul din is-sena dawk li jorganizzaw il-vjaġġi għamlu aktar użu minn dinghies milli dgħajjes tas-sajd. Filfatt 80 fil-mija tal-każi kienu dinghies, li jfisser żieda ta' 15 fil-mija fuq is-sena 2015.

No comments:
Post a Comment