Gidi u qattus mejtin mormijin fi triq f'Ħal Tarxien
Fi Triq il-Knisja f'Ħal Tarxien, xi ħadd irresponsabbli tefa' gidi u qattus mejtin. Dawn tħallew fit-triq.
Din id-dehra qajmet ilmenti minn għadd ta' residenti, fejn f'sit soċjali dwar Ħal Tarxien intefa' ukoll dan ir-ritratt. Meta s-sit kien kuntattjat minn inewsmalta.com, dan ikkonferma li l-annimali mejtin kienu gidi u qattus.

No comments:
Post a Comment