Il-kaċċaturi jnaddfu u ħaddieħor iħammeġ
Kull min fl-aħħar jiem mar igawdi is-sbuħija tal-Miżieb li jinsab bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, ma setax ma jinnutax u ma jiddiżgustax ruħu b'għadd ta' skart li intrema hemm illegalment.
Xi skart jidher li tħalla hemm wara li kien hemm min mar jagħmelo il-BBQs hemm.
Fost l-iskart li kien hemm insibu tojlit, għadd kbir ta' kanen u fdalijiet oħra, li bla dubju ta' xejn itappnu mis-sbuħija tal-post.
Ta' min jgħid li f'Ġunju li għadda l-Miżieb kien tnaddaf mill-kaċċaturi f'eżerċizzju li huma jagħmlu ta' kull sena.

No comments:
Post a Comment