Twelid f'nofs ta' baħar...dalgħodu salvati 355 persuna
Kien għall-ħabta tat-8.00 ta' filgħodu meta abbord il-bastiment Aquarius ta' Medecins Sans Frontieres (MSF) seħħ twelid. Omm it-tifel Faith, kien taf li wasslet biex twelled u l-biża tagħha kien li kienet se tispiċċa twelled abbord id-dinghi li kienet qed tivvjaġġa fuqu.
Ix-xorti riedet li t-twelid sar fuq il-bastiment ta' MSF fejn hemmhekk hi kienet taħt l-assistenza ta' qabla u anke infermieri.
Dalgħodu MSF salvaw xejn inqas mninn 355 persuna li kienu qed jivvjaġġaw mil-Libja lejn l-Ewropa.

No comments:
Post a Comment