Ajkla tat-Tikki u tajr ieħor rari l-attrazzjoni fil-Buskett
Illejla d-dilettanti tal-għasafar u dawk li qed isegwu l-passa
tal-għasafar tal-priża, kellhom sorpriża sabiħa hekk kif għal ħin twil
fuq il-Buskett dehret tittajjar Ajkla tat-Tikki. Kienu diversi dawk
il-kaċċaturi li qed isegwu l-passa tal-għasafar tal-priża permezz
tal-fotografi, li ġibdu ritratt ta' din it-tajra. Wieħed minn dawk li
ġibed ir-ritratti kien Nyal Xuereb, Segretarju tal-Kaċċaturi San Ubertu.
Apparti din l-Ajkla tat-Tikki ġew ukoll tajr ieħor rari fosthom
Kuċċarda Prima Ħamranija u Bies ta' Rasu Bajda.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home