Appell biex jiġu aċċettati aktar refuġjati u biex titneħħa l-biża'
F'konferenza ta' ġurnata li qed issir f'Ġinevra, u li ġiet organizzata mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki Moon, appella lill-gvernijiet madwar id-dinja biex jaċċettaw aktar migranti Sirjani u biex l-istess pajjiżi jegħlbu l-biżgħat marbutin mar-refuġjati. Hu spjega li n-Nazzjonijiet Uniti trid li jinstabu aktaru postijiet għal migranti Sirjani fejn hu ppjanat li fi tliet snin jinstabu post għal 10 fil-mija ta' 4.8 miljun refuġjat mis-Sirja."Nitlob lill-pajjiżi biex jaġixxu b'solidarjetà. Nappella biex jinstabu metodi ġodda ta' kif isiru relokazzjonijiet ta' refuġjati Sirjani," qal Ban Ki Moon fil-konferenza fejn attendew rappreżentanti ta' xejn inqas minn 90 pajjiż.
Sa issa kien hemm 179,000 post imwegħdin biex fihom ikunu rilokati refuġjati Sirjani. Fil-konferenza ssemma kif id-dinja trid tindirizza din l-akbar kriżi ta' refuġjati ta' żmienna.
Ta' min jgħid li sa issa l-kunflitt Sirjan wassal għal xejn inqas minn 4.6 miljun Sirjan fuq il-fruntieri u 6.5 miljun persuna kellhom jitilqu minn fejn kienu jgħixu u sabu kenn f'postijiet oħra fit-Turkija. Fit-Turkija hemm 2.2 miljun refuġjat mis-Sirja, fil-Libanu hemm 1.1 miljun, 633,000 refuġjat fil-Ġordan, 245,000 refuġjat fl-Iraq u 128,000 fl-Eġittu.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home