Il-maġġoranza tal-poplu temmen
li għandna Gvern korrott
- Chris Said PN
Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-maġġoranza
tal-poplu temmen li għandna Gvern korrott, anke dawk li vvutaw għall-PL
fl-aħħar elezzjoni. Hu akkuża lill-Prim Ministru li ma għamel xejn
quddiem dan l-iskandlu ħlief iddefenda l-gideb. Huwa rrefera
għall-iskema taċ-ċedoli u qal li din hi skont il-liġi tal-finanzjament
tal-partiti u kiteb lill-MFSA qabel beda l-proċess. L-MFSA ma kellha
ebda problema. Said qal li l-PL ipprova jkissirha għax raha li se
ssaħħaħ PN u qal li min se jgħin lill-PN se jkompli jsaħħaħ
id-demokrazija fil-pajjiż.
minn inewsmalta.com
No comments:
Post a Comment