Konrad Mizzi rrikonoxxa li seta' ħaseb
aktar u seta' għamel għażla aħjar
Waqt l-intervent tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi appella lill-membri
parlamentari biex ma jaqgħux għat-tentazzjoni li jiġġudikawh fuq dak li
jingħad fil-media jew fuq il-perċezzjoni imma jistennew l-audit
indipendenti u dak tat-taxxa. Huwa nsista, li seta għamel għażla aħjar
minflok il-Panama u rrikonoxxa li seta ħaseb aktar dwarha, imma nsista
li m'għamel xejn ħażin u dak li għamel għamlu għall-ġid tal-familja
mingħajr intenzjoni ħażina. Waqt li qal li dejjem qal il-verita u dejjem
iddikjara dak li qal, Mizzi qal li se jissottometti dak li għandu
fid-dikjarazzjon lil-membri parlamentari.
minn inewsmalta.com
No comments:
Post a Comment