Tajjeb nagħmlu eżami tal-kuxjenza
u naraw fejn ninsabu u fejn sejrin
- Evarist Bartolo
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li tajjeb li nagħmlu eżami tal-kuxjenza u naraw fejn ninsabu u sejrin, fejn issodisfajna x-xewqa u fejn iddiżappuntajna u mxejna ħażin. Huwa qal li rridu nirranġaw fejn għamilna ħażin u semma li waqt li, importanti l-fiduċja fil-Parlament, hija importanti aktar l-fiduċja taċ-ċittadin fejn qal li diffiċli tiksibha imma faċli titlifha. Bartolo sostna li jekk ikun hemm sfiduċja fil-politiċi din tkun ta' theddida għad-demokrazija. Waqt li appella biex iż-żewġ naħat ma jitfgħux tajn lejn xulxin, huwa qal li kulħadd irid jagħmel eżami tal-kuxjenza u staqsa kif jista' jitwemmen il-PN meta huwa kontra moħba fil-panama imma mhux kontra moħba f'Malta.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home