Monday, April 18, 2016

'Dibattiti tribali, pwerili u banali'…
…ma nemminx fl-isteriżmu
     - Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech
Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech irrefera għal dibattiti politiċi u ddeskrivihom bħala dibattiti tribali, pwerili u banali. Iddikjara li "spiċċa ż-żmien li politiċi jitkellmu fuq mannara u sejf.  Ma nemminx fil-politika ta' isteriżmu imma fil-politika tar-raġuni. Il-kritika trid issir fuq is-sustanza tal-fatti u għalhekk id-dibattitu ta' llum irid isir f'kuntest tal-bażi tal-fatti, mibni fuq sustanza u li jirrispetta l-intelliġenza ta' min qed isegwi.  Kulħadd qed jaqbel li minħabba l-Panama Papers pajjiżna għaddej minn żmien diffiċli."  Tenna li l-Gvern baqa' jżomm sigriet għadd ta' ftehim li saru fosthom dak ta' fejn inbiegħ terz tal-Enemalta.  Saħaq li din mhix materja ta' Laburisti u Nazzjonalisti u qal li l-ħsara saret u issa sta għal Gvern li jieħu azzjoni u anke jagħmel l-ewwel pass u jippubblika kuntratt li sa issa nżammew sigrieti.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home