Monday, April 18, 2016

'Tgħid se nisimgħu b'aktar Gaffarenati?…
..Joseph Muscat ma jistħoqqlux imexxi
     - Marthese Portelli
Id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li bl-indħil tal-Ministru Konrad Mizzi f'negozjati mas-SOCAR dwar il-fjuwil, il-pajjiż tilef €14-il miljun. "Għaliex il-Gvern ma jridx jippubblika l-kuntratti tal-hedging? Tgħid hemm min ħa brokerage fee? Tgħid dawn il-miljuni sabu ruħhom f'xi kont tal-Panama?  Prim Ministru stabbilità fil-prezz tal-fjuwil biex ikun hemm min jieħu l-konsulenzi jew brokerage fees?  Għandu jgħidilna li d-dijżil minkejja li reġa' raħas, illum għadu għola bi 8 fil-mija mill-medja Ewropea.  Anki fuq il-petrol qegħdin għola mill-medja Ewropea fil-prezz. Nistaqsi fejn sejrin dawn il-miljuni?. DNV Kema ingħataw direct orders mill-Ministeru u dawn huma l-istess nies li kienu ppreparaw id-dokument u kienu preżenti għall-preżentazzjoni li saret qabel l-elezzjoni fuq l-impjant tal-energija l-ġdid. Il-ministeru ma tax informazzjoni fuq id-direct order ta' DNV Kema. Għaliex dan il-ħabi kollu? Min jaf hemmx aktar Gaffarenijiet?  Sa llum għadni bla tweġiba dwar artijiet tal-gvern li għaddew għand terzi. Tgħid nisimgħu b'aktar Gaffarenati 'l quddiem? Inħoss li Joseph Muscat tilef l-awtorità morali u ma jixraqlux imexxi".
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home