'L-ispazju fl-arja... li wieħed iħares 'il fuq u jara s-sema, ukoll hu tan-nies'
- Godfrey Farrugia
Illum qegħdin nisimgħu dejjem aktar bi żvilupp li jogħla 15, 20 u anke
aktar sulari, tant li fl-aħħar jiem smajna min isemmi l-kunċett ta' mini
Manhattan f'Malta f'każ li Malta tibda tmur għal bini għoli. Dwar dan
tkellem fl-aġġornament fil-Parlament Godfrey Farrugia, fejn iddikjara li
l-ispazju fl-arja, li wieħed iħares 'il fuq u jara s-sema wkoll hu
tan-nies". Hu sejjaħ biex il-liġi tad-demanju pubbliku li għadha kif
għaddiet mill-Parlament terġa' tkun riveduta biex is-sotto erran u
l-ispazju jibdew jitqiesu bħala tal-pubbliku.
Godfrey Farrugia fil-ħin tal-aġġornament qal li, "Aħna l-Maltin għandna
l-kult tal-ġebla. Illum li tibni fil-ġebla hi preġju għax qridnieha.
Dan ta lok għal nuqqas ta' ħarsien tal-ambjent naturali. L-ispazju
naturali ftit ftit qed jgħib. Il-qerda tal-ambjent m'għandha qatt
ikollha x'taqsam mal-iżvilupp ta' pajjiżna."
Żied jgħid li, "Għalkemm għadna kif għaddejna l-liġi tad-demanju
pubbliku - li hi pass ta' ġgant għax tirrikonoxxi u tippreserva żoni
sħaħ f'Malta, nemmen li wasal iż-żmien li nerġgħu naraw din il-liġi għax
din għandha nuqqasijiet għas-sotto terran u l-ispazju fl-ajru. Issa qed
nibnu b'20 u 40 sular. L-ispazju fl-ajru, li tara s-sema, dak hu wkoll
demanju pubbliku."
minn inewsmalta.com

No comments:
Post a Comment