Monday, September 26, 2016

Kliem oxxen bil-Malti fil-ktieb tal-viżitataturi fil-fabbrika ta' Schindler fi Krakow!

L-istorja ta' dawk li kienu jaħdmu fil-fabbrika ta' Schindler u ħelsu mill-mewt fil-kampijiet ta' konċentrament immexxijin minn Nażisti messet ħafna qlub. Dan sar l-aktar wara li nħareġ film fuq din il-ġrajja. Illum din il-fabbrika fi Krakow hi mużew impressjonanti. Kull min iżurha jibqa' impressjonat. Ġralhom l-istess għadd ta' Maltin li żaruha, hekk kif Krakow u l-Polonja saru popolari sew mal-Maltin fl-aħħar xhur.
Biss, għal persuna li żaret din il-fabbrika fl-aħħar sigħat, baqgħet mistgħaġba b'dak li qrat fil-ktieb tal-viżitaturi, ktieb li fih dawk li jżuru l-fabbrika jiktbu l-ħsibijiet tagħhom. Xi ħadd kiteb messaġġ ta' għadab għal dak li ġara, imma għamel dan peress ta' kiem baxx u mill-aktar oxxen. Min ra dak li nkiteb iddeskriva dan bħala 'tal-mistħija".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home