9,110 persuna mietu b'kanċer f'10 snin u ħames xhur
Bejn is-sena 2006 u Mejju ta' din is-sena kien hemm 9,110 persuna li
mietu minħabba l-marda tal-Kanċer. F'kull sena dejjem imutu aktar irġiel
milli nisa. Fis-sena 2006 mietu 798 persuna fis-sena 2007 mietu 826,
fis-sena 2008 mietu 855, fis-sena 2009 kien hemm 852, fis-sena 2010
mietu 865 persuna, fis-sena 2011 mietu 882, fis-sena 2012 mietu 925,
fis-sena 2013 870 persuna, fis-sena 2014 933 persuna u fis-sena 2015
mietu 936 persuna.
Bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena mietu 368 persuna. F'dawn l-10
snin u 5 xhur, mietu 16 tfal li kellhom inqas minn 15-il sena u 29 li
kellhom bejn 15 u 24 sena. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għal
mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil qal li
l-kanċer tal-pulmun kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet fl-irġiel
filwaqt li l-kanċer tas-sider kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet
fin-nisa tul dawn l-aħħar 10 snin.
No comments:
Post a Comment