Jinbeda l-proċess biex jinstabilha post f'dar tal-anzjani…
Anzjana b'kanċer abbandunata…
….misjuba tibki bl-uġiegħ b'idha miksura
Kienet xena ta' qsim il-qalb - dik ta' anzjana tibki bl-uġiegħ f'darha. Anzjana li għandha 70 sena u li hi marida b'kanċer, imma tgħix waħidha abbandunata. Apparti l-mard li qed issofri minnu l-anzjana jidher li waqgħet f'darha u kisret idejha. Spiċċa baqgħet f'darha u kienet ħabiba tagħha li meta saret taf f'liema kundizzjoni tinsab fiha din il-ħabiba tagħha iddeċidiet li tikteb lill-Prim Ministru. Minn naħa l-Prim Ministru, Joseph Muscat ħa azzjoni mmedjata billi għadda l-informazzjoni li waslitlu lill-Unit ta' Kordinazzjoni fil-Ministeru tas-Saħħa u dawn ħadu azzjoni immedjata. L-anzjana inġabret u ttieħdet fl-Isptar Mater Dei fejn ingħatat il-kura li kien hemm bżonn u inbeda proċess biex din tingħata għajnuna fuq livell soċjali.
Il-każ kellu l-bidu tiegħu filgħodu meta l-ħabib ta' din l-anzjana, liema ħbiberija tmur lura għal meta kienu l-iskola, saret taf li din l-anzjana li tbati minn kanċer kienet muġugħa ħafna minħabba li kienet kisret idejha f'waqa'.
Minħabba li l-anzjana hi abbandunata, marida u tgħix waħidha, hi sabitha diffiċli ħafna biex issejjaħ għall-għajnuna. Din il-ħabiba tagħha, kif saret taf bil-kundizzjoni li tinsab fiha din il-persuna, kitbet lil Prim Ministru Joseph Muscat u talbitu l-għajnuna. Hu minn naħa tiegħu informa mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti.
L-ORIZZONT hu infurmat li saret ħidma immedjata mill-Unit ta' Kordinazzjoni fil-Ministeru tas-Saħħa hekk kif ġew infurmati mill-Prim Ministru. Filfatt dawn b'mod immedjat għamlu kuntatt ma' min għamel ir-rapport, ħadu dettalji ta' fejn toqgħod l-anzjana u bagħtu ambulanza u tim ta' nies fuq il-post. L-anzjana ingħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Il-unit ikkordina mal-Isptar Mater Dei biex l-anzjana tingħata kura mill-ewwel.
Filfatt jidher li instab li din apparti idha miksura u kanċer, għandha problemi bil-vista tant li minn waħda minn għajnejha ma tarax u mill-oħra tara ftit li xejn. Jidher li inbeda l-proċess biex din l-anzjana tkun operata.
Il-problema li għandha din l-anzjana hi dik li din tinsab abbandunata u tgħix waħedha, u għalhekk il-Unit ta' Kordinazzjoni qed jieħu ħsieb l-arranġamenti kollha neċessarji biex din l-anzjana jinstabilha post f'residenza tal-anzjani.
It-trattament li ngħatat wassal biex din l-anzjana irringrazzjat pubblikament lill-Prim Ministru Joseph Muscat u anke lil Neville Gafa mill-Unit ta' Kordinazzjoni - li kien il-moħħ biex l-anzjana inġabret minn darha u ttieħdet l-isptar fejn ingħatat l-ewwel kura.
Dan il-każ, qed ikompli juri is-sitwazzjoni li jinsabu fiha ċerti anzjani f'pajjiżna, fejn il-mard flimkien ma' nuqqas ta' mezzi finanzjarji, qed jagħmlu l-għixien ta' ċerti anzjani wieħed mill-aktar diffiċli - b'xi wħud jispiċċaw jgħixu litteralment maqtugħin u waħidhom.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home