Monday, April 18, 2016


Il-maġġoranza tal-poplu temmen
li għandna Gvern korrott
     - Chris Said PN

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-maġġoranza tal-poplu temmen li għandna Gvern korrott, anke dawk li vvutaw għall-PL fl-aħħar elezzjoni. Hu akkuża lill-Prim Ministru li ma għamel xejn quddiem dan l-iskandlu ħlief iddefenda l-gideb. Huwa rrefera għall-iskema taċ-ċedoli u qal li din hi skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti u kiteb lill-MFSA qabel beda l-proċess. L-MFSA ma kellha ebda problema. Said qal li l-PL ipprova jkissirha għax raha li se ssaħħaħ PN u qal li min se jgħin lill-PN se jkompli jsaħħaħ id-demokrazija fil-pajjiż.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home