Monday, April 18, 2016

Mozzjoni ta' sfiduċja minn Marlene Farrugia
fil-Ministru Konrad Mizzi

Wara l-intervent li għamlet fil-Parlament, id-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia, waqt li sostniet li triq li l-Gvern Laburista jitnaddaf biex ikompli jagħmel il-ġid, ħabbret li hi se tressaq mozzjoni ta' sfiducja fil-Ministru Konrad Mizzi biex il-Gvern Laburista jkun jista' jibqa jmexxi sew. L-Ispeaker qalilha li dam mhux il-mument li tressaq dik il-mozzjoni għax hemm perjodu ta' zmien li jrid jiġi segwit. Hija qalet li l-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri fethu kont fil-Panama kien biżżejjed biex il-Prim Ministru jitlob ir-riżenja tagħhom. Farrugia qalet li tixtieq li l-Gvern jitnaddaf u jitfarfar minn dan il-ħmieġ li qed iħammarlu wiċċu. Fid-diskors tagħha kellha kliem iebes għalll-mod kif Mizzi innegozja l-privatizzazzjoni tal-Enemalta u akkużatu li daħak bil-ħaddiema tal-Enemalta. Hija ddeskriviet ukoll liċ-Chief-of-Staff tal-Prim Ministru bħala Keith Skandli Schembri.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home