Il-miri Ewropej għat-tnaqqis fil-faqar…Malta għadha lura
- il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea f'rapport li ppubblikat dwar Malta u li fih
għadd ta' rakkomandazzjonijiet jgħid fost affarijiet oħra li Malta
għadha lura milli tilħaq il-miri Ewropej għas-sena 2020 f'dak li hu
tnaqqis ta' dawk li jgħixu f'riskju ta' faqar. Ir-rapport jgħid li dawk
f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali żdiedu bejn is-sena 2008 u
s-sena 2013 b'mod partikolari fost it-tfal u fost dawk b'ħiliet baxxi.
Ir-rapport qal li ġew introdotti miżuri biex jindirizzaw dan fl-aħħar
snin.
L-istess rapport isemmi l-problemi tat-traffiku u jgħid li s-sistema
tat-trasport f'Malta kompliet tkun karatterizzata minn żieda qawwija
fl-ispejjeż u dan hu kkawżat minn konġestjonijiet ta' traffiku.
Ir-rapport jgħid li Malta għandha waħda mill-inqas rati ta' qgħad
fl-Unjoni Ewropea. Jgħid li imma minkejja dan l-parteċipazzjoni tan-nisa
fid-dinja tax-xogħol baqgħet waħda baxxa. L-istess rapport jgħid li
hemm nuqqas ta' ħiliet f'Malta għal ċerti xogħlijiet u minħabba dan kien
hemm żieda fl-ammont ta' ħaddiema barranin.
Dwar id-dejn u l-finanzi, ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid li għalkemm
m'hemmx riskju fuq bażi qasira ta' żmien u fuq bażi medja, saħqet imma
li għat-tul ta' żmien hemm sfida u dan minħabba l-pensjonijiet.
Ir-rapport tal-Kummissjoni juri li l-prestazzjoni ekonomika Maltija
kienet robusta fl-aħħar snin. L-ekonomija wriet reżiljenza notevoli u
t-tkabbir reali tal-Prodott Domestiku Gross rkupra relattivament malajr.
Il-konsum tal-familji u l-esportazzjoni kienu l-kontributuri ewlenin
għal dan it-tkabbir ekonomiku. Ingħad ukoll li bħala riżultat ta’
prestazzjoni ekonomika b’saħħitha, huwa mbassar li l-PDG ta’ pajjiżna
ras għal ras jilħaq is-97% tal-medja tal-Unjoni Ewropea fl-2017.
L-awtoritajiet ħadu passi biex jitjieb l-iżvilupp professjonali
tal-għalliema. Dan huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiżdiedu
il-livelli ta’ ħiliet bażiċi u jonqsu n-numru ta’ persuni li jitilqu
mill-iskola kmieni fiż-żmien li ġej. Minkejja dan kollu, ingħad li għadu
kmieni wisq biex wieħed jivvaluta r-riżultati.
Żied jingħad li inizjattivi oħrajn għall-aċċess tal-finanzi kienu
offruti għall-intrapriżi żgħar u medji. Rigward il-progress li qed isir
biex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-istrateġija Ewropea 2020, Malta
għamlet progress tajjeb lejn il-miri tagħha dwar l-impjiegi u t-tnaqqis
tal-gassijiet serra.
Ir-rapport juri wkoll li hemm bżonn ta’ sforz akbar biex tiżdied
l-enerġija rinovabbli, tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija, jonqos
in-numru ta’ persuni li jitilqu mill-iskola kmieni, tiżdied
l-edukazzjoni terzjarja kif ukoll jonqos il-faqar.
minn inewsmalta.com
1 Comments:
Pročitajte moje svjedočanstvo o tome kako sam dobio brzi zajam od pouzdane tvrtke. Pozdrav, ja sam Veronica iz Hrvatske. Bio sam u financijskoj situaciji i trebao sam kupiti kuću. Pokušao sam potražiti zajam od različitih kreditnih tvrtki, privatnih i korporativnih, ali nije išlo, a većina banaka mi je odbila kredit. Ali kako bi Bog htio, upoznali su me s privatnim zajmodavcem koji mi je dao zajam od 90.000 eura i danas imam vlastitu kuću i vlasnik sam tvrtke i trenutno mi je dobro, ako morate ići na tvrtka za osiguranje zajma. bez kolaterala, bez provjere kreditne sposobnosti, samo 3% kamatna stopa i supotpisnik s boljim planovima i rasporedom otplate, kontaktirajte Davidson Albert Loan (davidsonalbertloan@gmail.com). On ne zna da to radim, ali sada sam tako sretna i odlučila sam dati ljudima više informacija o njemu i želim da ga Bog još više blagoslovi. Možete ga kontaktirati putem njegove e-pošte. davidsonalbertloan@gmail.com
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home