Wara baraxx ta' lmenti... japplikaw biex jissanzjonaw tabella ma' faċċata Barokka
L-ilmenti li kienu qed jitqajmu dwar kif faċċata ta' dar Barokka fil-pjazza tal-Qrendi kienet sfreġjata minn tabella kbira f'nofs l-istess faċċata, liema tabella turi l-arma tal-Partit Nazzjonalista, wasslu biex il-Partit Nazzjonalista jiċċaqlaq.
Waqt li kien sigriet magħruf li ma kienx hemm applikazzjonijiet u wisq
anqas permessi għal dik it-tabella, fl-aħħar jiem għand l-Awtorità
tal-Ippjanar (MEPA) daħlet applikazzjoni mill-istess Partit
Nazzjonalista biex tkun sanzjonata l-istess tabella.
inewsmalta.com xandar rapport li fih tqajjem il-punt ta' kif din
il-faċċata Barokka qed titlef mis-sbuħija tagħha kawża ta' dik
it-tabella. inewsmalta kiteb lill-Awtorità tal-Ippjanar
dwar x'azzjoni se tittieħed fuq din it-tabella. Min-naħa tagħha,
l-Awtorità qaltilna li, "L-Awtorità tista tikkonferma li rċeviet
applikazzjoni, li għadha fil-bidu tal-proċess tagħha, mingħand il-Partit
Nazzjonalista fuq din il-proprjetà u din l-applikazzjoni tinkludi
s-ssanzjonar ta' din it-tabella."
Il-binja Barokk tinsab fil-pjazza ewlenija tal-Qrendi u
hi mżejna bl-istatwi ta' San Ġwann Battista, San Mattew, il-Madonna,
Sant' Anna u San Ġwakkin.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home