'Ma' dawn ma nagħmlux negozju!'
Forsi min mhux midħla tal-fjuri, l-ewwel li ma jiġih f'moħħu meta jisma' bil-kelma fjura huma l-kuluri vivaċi. Bħalissa jkollna diversi wirjiet ta' fjuri hekk kif ninsabu fl-aqwa staġun tal-produzzjoni tal-fjuri - ir-rebbiegħa. Biss lil hinn minn kuluri vivaċi u fwejjaħ, il-fjuri huma assoċjati ma' diversi simboliżmi.
Ngħidu aħna l-Margerit (Chrysanthemum) huma assoċjati ma' diversi
tifsiriet jiddependi mill-kulur fosthom 'eċċitament', 'verità' - għal
dawk b'kulur ajbad, 'paċi', 'mħabba' u 'naqsmu ma' ħaddieħor".
Fil-Ġappun ta' kull sena jkun hemm festival b'ċelebrazzjoni lejn din
il-fjura u dan jissejjaħ il-'Festival tal-Kuntentizza'. Dan biex ma
nsemmux il-Ward, fejn għal Griegi u r-Rumani din hi assoċjata mal-allat
tal-imħabba.
Quddiem dan, ma tistax ma tinħasadx meta f'atmosfera bħal din, fi
trankwillità assoluta, issib quddiem wiċċek każ ta' rażżiżmu. Dan seħħ
quddiem għajnejna stess fil-wirja tal-fjuri fl-Iklin. Wirja li fiha kien
hemm stand mimli fjuri li miegħu kien hemm żewġ Afrikani. Kienu hemm
biex jagħtu servizz lil min irid jixtri. Imma żewġ nisa anzjani, meta
waslu ftit biss bogħod minn dan l-istess stand, ma ddejqu xejn
jiddikjaraw li, "Ma' dawn ma nagħmlux negozju!" Ma naqsux wara riferenzi
għax Afrikani.
Ironikament marru fuq stand faċċata, ftit bogħod. Minn hemm xtraw il-ward, simbolu tal-imħabba.
Ritratt: Roger Azzopardi
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home