Thursday, May 12, 2016

Staġun tal-kaċċa bl-inqas illegalitajiet

Wara li diversi esponenti li jsegwu l-passa tal-għasafar iddikjaraw b'mod ċar u bla tlaqliq tnaqqis drastiku f'kaċċa illegali - xi ħaġa li stqarrewha wkoll il-Committee Against Bird Slaughter (CABS) u anke d-Direttur tal-Wild Birds Regulation Unit, Sergei Golovkin - issa anke s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali qed jiddikjara li f'dan l-istaġun ta' kaċċa fir-rebbiegħa kien hemm l-anqas ammont ta' kaċċa illegali. F'kuntatt li għamilna mas-Segretarjat Parlamentari dwar jekk humiex kuntenti b'kif mar l-istaġun tal-kaċċa, ġejna infurmati li, "Riżultati preliminari juru li l-istaġun ta' din is-sena kellu l-inqas ammont ta' illegalitajiet u l-andament tal-kaċċaturi lejn l-obbligi legali kien eżemplari. Statistika kompluta u dettaljata rigward l-infurzar waqt dan l-istaġun se tkun ipubblikata fil-ġimgħat li ġejjin."
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home