Kemm twaqqfu barranin b'offiżi sesswali milli jidħlu Malta?... Statistika hekk ma tinġabarx
Fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea staqsa dwar dik li hu sejjaħ preokupazzjoni ta' ċerti residenti Maltin minħabba l-biża' ta' atti kriminali marbua ma' offiżi sesswali. Hu staqsa x'kontrolli qed isiru fuq dawk li jkunu deħlin Malta u staqsa wkoll kemm kien hemm barranin li twaqqfu milli jidħlu Malta fis-sena 2014 u 2015 minħabba offiżi marbutin ma' abbużi sesswali. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal li twaqqfu diversi barranin milli jidħlu Malta iżda ma tinżammx ir-raġuni għaliex ikunu twaqqfu milli jidħlu.Il-Ministru Carmelo Abela qal li, "Ninsab infurmat li bħalma dejjem sar dwar persuni terzi, il-Pulizija tagħmel verifiki meħtieġa biex kemm ikun possibbli jiġi assigurat li persuni li jistabbilixxu lilhom infushom ġewwa Malta ma jkunux marbuta ma' xi atti kriminali, inkluż dak ta’ offiżi sesswali. Dan barra mill-mezzi ta’ koperazzjoni li jeżistu bejn il-Pulizija lokali u aġenziji ta’ sigurtà barranin, f’dan ir-rigward mezzi li regolarment jagħtu riżultati posittivi, bħal meta jiġu esegwiti mandati t’arrest Ewropew jew internazzjonali fuq akkużi varji, u hawn anke fejn jikkonċerna lil kull persuna.
Verifiki oħra jsiru fil-fruntieri fuq ċittadini terzi li jaslu minn destinazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Huma diversi l-persuni terzi li twaqqfu milli jidħlu Malta, però ma hemmx statistika jekk dawn intbagħtux minħabba atti kriminali marbuta ma’ offiżi sesswali."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home