Faċċata Barokka 'sfreġjata' b'tabella Nazzjonalista
L-irħula tagħna b'mod partikolari bini antik li hemm jiġbdu l-għajn ta' ħafna turisti li jżuruhom b'mod partikolari dawk li għandhom għarfien dwar l-arkitettura u l-istil tal-bini. Wieħed minn dawn l-irħula, mogħni b'bini antik hu l-Qrendi. Biss, għal xi wħud li żaruh ftit jiem ilu biex igawdu l-arkitettura li hemm ma setgħux jifhmu kif binja Barokka li għandha xejn inqas minn erba' mitt sena hi sfreġjata minn tabella tal-Partit Nazzjonalista.Ma setax jonqos li dawn il-persuni jikkummentaw 'kif tista' tabella bħal dik titħalla ma' faċċata Barokka l-ġmiel tagħha?'. Nitkellmu miegħu u jispjegalna kif f'din il-faċċata hemm fatturi li huma karatteristika ta' Malta fosthom 'it-tieqa tal-ġbejniet' u 'l-ħarrieġa'.
Faċċata li tinsab fil-pjazza ewlenija ta' dan ir-raħal u li hi mżejna bl-istatwi ta' San Ġwann Battista, San Mattew, il-Madonna, Sant Anna u San Ġwakkin.
L-istess persuni qalulna li "hu tajjeb li dar bħal din tkun tintuża. Imma li fil-faċċata tħalli tabella ta' dak it-tip, hi x'inhi t-tabella, mhu xejn għajr sfreġju. Nittamaw li tittieħed azzjoni immedjata mill-awtoritajiet".
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home