Salvati 123 minn fuq dingi... 'Ma' kull salvataġġ nixxukkjaw ruħna’
Fl-aħħar sigħat ġew salvati 123 migrant li kienu abbord dingi li telaq mil-Libja. Id-dingi ġie salvat minn voluntieri ta’ Medecins Sans Frontiers permezz tal-bastiment Dignity 1. Abbord id-dingi kien hemm 119-il raġel u erba’ nisa. Dawn il-persuni ġew trasferiti abbord bastiment tal-Gwardji tal-Kosta Taljani u se jiddaħħlu l-Italja.Wara li seħħ dan is-salvataġġ, voluntieri ta’ MSF iddikjaraw li, "Ma' kull salvataġġ li nagħmlu qed nixxukkjaw ruħna għall-mod kif dawn il-persuni jkunu pakkjati."
Minn Jannar sa issa fl-Italja waslu kważi 29,000 immigrant.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home