Il-Gvern jilqa' 241 rakkomandazzjoni tal-NAO
Minn 259 rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur (NAO) fir-rapport annwali tiegħu għall-2014, intlaqgħu 241. Dawn jittrattaw tenders u policies finanzjarji. Għall-ewwel darba l-Gvern qed juri x'għamel u x'wettaq minn dak rakkomandat mill-awditur.Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f'konferenza tal-aħbarijiet li għadha għaddejja bħalissa u li fiha ppreżenta r-rapport tal-Gvern dwar l-azzjoni li ħa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-NAO.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-rapport tal-Gvern dwar l-azzjoni li jkun ħa fuq ir-rapport annwali tal-NAO se jibqa' jiġi ppubblikat kull sena, u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-NAO li ma jintlaqgħux se tingħata spjegazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-azzjonijiet li jieħu l-Gvern biex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet se jfissru aktar valur għall-flus għan-nies kif ukoll aktar trasparenza.
Żied jgħid li din hi t-tielet miżura ta' titjib fil-governanza min-naħa tal-Gvern. L-ewwel miżura kienet tittratta l-mod kif jitwettaq il-Baġit tal-Gverm, filwaqt li t-tieni miżura kienet dik tat-tnaqqis fil-burokrazija.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home