'Ċerti affarijiet li saru ma approvajthomx….
..l-Oppożizzjoni lesta tirkeb kull karru"
- il-Ministru George Vella
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella qal li "anki jien kont imdejjaq b'dak li ġara. Jien ma approvajtx ċerti affarijiet li saru. Nemmen li minn dan id-dibattitu ħareġ ħafna ġid, għax in-nies raw il-Parlament jagħmel riflessjoni fuq korrettezza, fejn għandna nmorru u fejn mhux suppost morna."
'Kien hawn differenza ċara fid-dibattitu. Fuq in-naħa tal-Gvern kien hemm sens ta' ammissjoni ta' żbalji, apoloġija u sens ta' realiżmu. Minn naħa l-oħra kien hemm attitudni ta' superjorità u li qishom m'għandhomx tbajja. In-naħa l-oħra hi opportunità u lesta tirkeb kull karru biex timbarazza l-Gvern" tenna George Vella. Hu sfida lil Beppe Fenech Adami biex jipprova li saret korruzzjoni.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home