Wednesday, May 4, 2016

Konrad għamel bħal Ben Ali
u t-tfal ta' Gaddafi
    - Beppe Fenech Adami

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li Konrad Mizzi għamel bħat-tfal ta' Gaddafi u Ben Ali li marru poġġew flushom barra minn Malta.
Hu kompla jgħid li "Konrad Mizzi beda jħabbat ħafna bibien u beda jgħiduli iftħuli biex nagħmel kont bankarju. Ma jistax ikun li fuq Panama Papers qisu xejn mhu xejn. Kulħadd jiżbalja iżda mhux li tagħmel struttura bħal ma' għamel Konrad Mizzi li turik li kien hemm xi ħaġa ħażina. Hi inkredibbli kif hawn Ministru li għandu l-wiċċ li qisu b'dak li għamel ma ġara xejn.  Il-poplu Malti jifhem u jappoġġja din il-mozzjoni. F'ġieħ is-sewwa u r-rispett dan il-Parlament għandu jwarrab lil Konrad Mizzi għall-ġid tan-nazzjon".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home