Super minister li jigdeb jew hu inkompetenti…..
….nisfidak tikkonferma li xtrajt enerġija bil-5ċ bl-interconnector
- Marthese Portelli
Id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli fetħet id-dibattitu billi kwotat lill-filosfu Grieg Aristotle. Hi ddeskriviet lill-Ministru Mizzi bħala super minister li jew jigdeb jew hu imkompetenti. Urietu preżentazzjoni li ntitolata 'roadmap għall-enerġija'. Hi fakkret li l-Ministru Mizzi kien iddikjara li l-Enemalta mhix se tkun privatizzata u qalet li din ma kienex xejn għajr gidba. B'kollox elenkat 13-il każ ta' dak li hi sejħitilhom bħala 'gideb' jew inkompetenza fosthom li l-impjant tal-enerġija propost kellu jitlesta f'sentejn. Qalet li l-Enemalta ġiet salvata għax ħaddiema tneħħew u marru fuq il-kotba ta' entitajiet oħra fosthom 40 ħaddiem li minn fuq l-enerġija spiċċaw jaħdmu fil-ġonna tal-President.
Sfidatu jgħid li bl-interconnector ġieli kien hemm każi fejn l-elettriku inxtara bil-5ċ għal kull unit jew anke inqas.
Qalet li flok qed niddiskutu politika biex intejbu l-ħajja tan-nies qed niddiskutu aġir mhux floku tal-Ministru Konrad Mizzi. Hi qalet li l-Ministru Mizzi kiser il-liġi għax ma ddikjarax li għandu trust.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home