'Tiħdux ir-riskju li tivvjaġġaw lejn l-Ewropa' - Saleh Ahmed, Etjopjan li jgħix f'Malta
Fl-aħħar jiem erġajna rajna aktar traġedji ta' immigranti fir-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran. Quddiem dawn it-traġedji, Saleh Ahmed, Etjopjan li ukoll daħal f'pajjiżna bi vjaġġ mil-Libja, ma joqgħodx lura milli jirrakkomanda li l-vjaġġ tant hu perikoluż li l-parir tiegħu lil immigranti li hemm il-Libja hu dak li ma jagħmlux il-vjaġġ lejn l-Ewropa.
Saleh jistaqsi li "hu mistħoqq li tirriskja ħajtek biex tidħol
fl-Ewropa, minkejja dak li tkun għaddejt minnu? It-tweġiba tiegħi hi li
le. Dan ilni ngħidu sa mis-sena 2003. Il-ħolma tiegħi dejjem kienet li
nkun xjentist. Meta nħares lura naraw li jien sofrejt diskriminazzjoni
sistematika. Nħoss li ħlejt żmien u enerġija, meta stajt użajthom biex
nagħmel xi ħaġa aħjar. Illum m'iniex f'pożizzjoni li niffoka fuq
il-karriera tiegħi."
Imma lil Saleh tista' tistaqsih imma inti kif qed tgħid dan meta anki
inti vvjaġġajt bid-dgħajsa mil-Libja. Kif qed tgħid lil Afrikani oħra ma
jivvjaġġawx għal ħajja aħjar?
Għal dan Saleh iwieġeb li "waħda mill-ħolmiet tiegħi kienet li
niġġieled l-inġustizzji. Ridt inmut mewta ta' dinjità fl-Etjopja, anki
jekk f'dak iż-żmien kont għadni żgħir wisq biex naħseb fuq dan. Ħlomt li
ningħaqad mal-ġellieda tal-libertà bħal ħafna studenti oħra. Dawn huma
nies li l-ħajja u l-mewt tagħhom ikunu ċelebrati mill-kommunità li hi
oppressata. Ma kontx infurmat fuq il-vjaġġ li rrid nagħmel u fuq
il-ħajja fl-Ewropa. Spiċċajt tlaqt lejn l-Ewropea flok iffukajt fuq
il-ġlieda. Nemmen li llum hemm ħafna aktar informazzjoni biex tagħmel
għażliet aħjar flok tispiċċa f'nassa. In-nassa hi l-gideb
tat-traffikanti li l-għan tagħhom hu li jagħmlu l-flus minn fuq
il-miżerja ta' ħaddieħor."
Saleh jappella li "lil dawk li qed jinkoraġixxu lil xi qraba tagħhom
biex imorru lejn l-Ewropa u jibagħtu l-flus meta jkunu hemm, ngħidilhom
ma jagħmlux dan. Ir-riskji marbutin ma' dan il-vjaġġ huma kbar wisq".
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home