1,314 persuna mietu fil-Mediterran f'erba' xhur…għajnuna psikoloġika lil dawk salvati
Hekk kif għadhom kif ġew salvati 249 immigrant mill-bastiment navali Taljana Dattilo, fl-aħħar sigħat l-ammont ta' persuni li tilfu ħajjithom fiċ-ċentru tal-Mediterran fil-vjaġġ bejn l-Afrika ta' Fuq u l-Ewropa tela' għal xejn inqas minn 1,314 persuna. Fl-aħħar sigħat, f'ibħra 'l barra mil-Libja seħħet traġedja oħra fejn dinghi nofsu mgħarraq wassal biex għebu aktar minn 80 persuna li kienu fuqu. 26 persuna ġew salvati u ddaħħlu Lampedusa. Jidher li jinsabu f'kundizzjoni trawmatika għall-aħħar.
inewsmalta.com hu nfurmat li minħabba trawma li
għaddew minnha dawn l-immigranti, f'Lampedusa intbagħat tim ta'
psikologi biex jassistu lil dawk li salvaw.
Jidher li l-ewwel sejħa għall-għajnuna waslet minn mowbajl
bis-satellita fejn il-Gwardji tal-Kosta Taljani idderiġew lejn il-post
bastiment merkantili. Huma salvaw lil dawk li kien hemm f'dinghili
normalment fuqu jitpoġġew ftit aktar minn 100 immigrant.
Minn Jannar sa issa fl-Ewropa waslu xejn inqas minn 183,000 immigrant.
Ritratt: Arkivji Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home