Se jkun restawrat il-Bieb ta' De Rohan
Wara li kienu ilhom isiru talbiet għar-restawr tal-'Bieb il-Ġdid', fl-aħħar jiem inbeda xogħol ta' dokumentazzjoni fuq dan il-bieb f'Ħaż-Żebbuġ. Wara li jitlesta dan il-proċess, il-bieb se jkun restawrat. Fost iż-Żebbuġin hu magħruf bħala l-Bieb il-Ġdid waqt li b'mod ġenerali hu magħruf bħala l-Bieb ta' De Rohan.Ta' min jgħid li Ħaż-Żebbuġ kien ingħata it-titlu ta’ Città Rohan mill-Gran Mastru Emmanuel de Rohan-Polduc fl-1777. Kif kienet id-drawwa dak iż-żmien f’okkażjonijiet bħal dawn, il-poplu ta’ Ħaż-Żebbuġ bena mina fid-daħla tal-belt tiegħu biex ifakkar il-bidu tal-istatus tal-lokalità bħala belt.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home