Il-Ġibjun tal-Fiddien fir-Rabat…se jinkesa bil-pannelli solari
Il-Ġibjun tal-Fiddien fir-Rabat, li jinsab eżattament bejn ir-Rabat u l-Baħrija u li jintuża biex fih jinħażen l-ilma, issa qed ikun proposta biex is-saqaf tiegħu jinkesa bil-pannelli solari.
Dan ir-'razzett solari', mistenni jikkontribwixxi sew għall-persentaġġ ta' enerġija alternattiva li se tkun qed juża pajjiżna. Jidher li Awtorità għall-Ippjanar mhix issib oġġezzjonijiet għalkemm qed tagħmel ċerti kundizzjonijiet fosthom dik li ma jkunx hemm dwal peress li l-post jinsab f'nofs il-kampanja.
Ta' min jgħid li fil-baġit li għadda kien intqal li 'matul is-sena 2015 tnedew numru ta’ inċentivi favur aktar investiment f’enerġija li tiġġedded u sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn l-inċentivi se jiġu estiżi wkoll għall-familji li m’għandhomx bejt fejn jinstallaw il-pannelli. Dan għaliex dawn il-familji se jingħataw l-opportunità li jinvestu fi proġetti ta’ enerġija solari f’sistema ta’ PV panels f’solar farm tal-komunità.
Dan se jseħħ permezz ta’ proġett bi sħab mal-privat, li fih se jiġu identifikati siti fejn jistgħu jiġu installati pannelli fotovoltajċi."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home