L-IUCN tirrakkomanda li titwaqqaf id-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa
L-IUCN (International Union for Conservation of Nature) irrakkomandat lill-Kumissjoni Ewropea li d-deroga fir-rebbiegħa ma tibqax tiġi applikata, u dan minħabba l-klassifikazzjoni tal-gamiema bħala vulnerabbli. Dan jibqa’ jseħħ sakemm ma jiġix ippruvat li din tista' terġa' tkun sostennibbli. Din ir-rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-qbid ta' bejn 2 u 3 miljun gamiema fl-istati oħra Ewropej fil-ħarifa imma tapplika biss għall-5,000 li jinqabdu fir-rebbiegħa f’Malta.Il-Kaċċaturi San Ubertu (KSU) qalu li, “Din inqisuha bħala inġustizzja u diskriminazzjoni kontra stat membru żgħir li rebaħ kawża fejn intwera ċar li m'għandux alternattiva sodisfaċenti fil-ħarifa. Il-KSU tibqa’ tinsisti li l-Gvern għandu jieħu l-passi neċessarji biex id-dritt miksub wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ma jintilifx. Dan ngħiduh bl-akbar serjetà meta jidher ċar li il-bażi fuq xiex tbiddlet il-klassifika tal-gamiema fiha ħafna dubji u inċertezzi.”
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home