Pjani għal adozzjoni mill-Brażil - L-Albanija, Slovakkja, l-Indja u r-Russja miftuħin
Quddiem il-fatt li diversi pajjiżi li minnhom ġenituri Maltin kienu jadottaw it-tfal spiċċaw bi problemi u ingħalqu fosthom il-Kambodja u l-Etjopja, jidher li hemm pjani biex isiru laqgħat fil-Brażil bl-għan li fil-futur qrib jibdew isiru adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Bħalissa fejn jirrigwarda l-adozzjonijiet
mill-Albanija, mill-Islovakkja u mill-Indja, il-proċess miexi b’mod
normali u ġenituri adottivi prospettivi jistgħu jibgħatu l-applikazzjoni
tagħhom f’dawn il-pajjiżi.
Dan sostnieh il-Ministru Michael Farrugia fi tweġiba Parlamentari għal
mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Il-Ministru
Farrugia qal li "fil-każ ta’ adozzjonijiet
mill-Vjetnam l-aġenzija akkreditata lokalment li tissodisfa l-kriterji
stipulati mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam qiegħda tibgħat
id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex eventwalment tiġi akkreditata
mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam biex ikunu jistgħu jibdew
l-adozzjonijiet minn dan il-pajjiż. Barra minn
hekk, fil-każ ta’ adozzjonijiet mir-Russja, waħda mill-aġenziji
akkreditati lokalment qiegħda tiffaċilita’ l-proċess tal-adozzjoni minn
dan il-pajjiż waqt li dwar adozzjonijiet mill-Bulgarija, l-aġenziji
akkreditati lokalment ser jibdew jipproċedu bl-adozzjonijiet minn dan
il-pajjiż."
Dwar adozzjonijiet mill-Istati Uniti, intqal li l-Awtoritá Ċentrali
qiegħda fil-preżent f’kuntatt ma’ aġenzija tal-adozzjoni Amerikana
fil-waqt li fil-każ ta’ adozzjonijiet mill-Brażil hemm il-ħsieb li
fil-futur qarib isiru laqgħat ġewwa l-Brażil bil-ħsieb li eventwalment
jibdew ukoll l-adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Ritratt: Arkivji - Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home