Fi żmien sena pjan nazzjonali ta’ appoġġ għall-awtiżmu
Fi żmien sena pajjiżna għandu jkollu pjan nazzjonali ta’ appoġġ għall-awtiżmu. Dan iddikjaratu s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fl-għeluq tad-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-empowerment tal-persuni fuq firxa wiesa' ta’ awtiżmu. Hi qalet li l-iskop tal-kunsill hu dak li jkun hemm sinerġija bejn diversi entitajiet. Qalet li min għamel il-kritika li dan hu kunsill kbir li mhux se jaħdem, qalet li entitajiet fid-diskussjonijiet li saru urew ix-xewqa li nimxu lejn din id-direzzjoni.Irreferiet għall-kritika li m’hemmx żmien stipulat ta’ meta se jitlesta dan il-pjan nazzjonali u qalet li ż-żmien stipulat hu dak ta’ sena. Spjegat li l-iskop ta’ dan l-abbozz ta’ liġi hu li qed issir enfasi kbira fuq l-empowerment. Tenniet li temmen li l-persuni bl-awtiżmu għandhom potenzjal.
“Jekk wieħed iħares lejn l-artikoli tal-liġi wieħed jara l-enfasi fuq il-ħiliet u t-taħriġ ta’ dawn il-persuni. Iva, nemmnu li l-persuni bl-awtiżmu għandhom potenzjal u rriduhom parti minn dan il-kunsill. Għal ħafna żmien u ħafna snin konna nitkellmu b’ċertu mod fuq l-awtiżmu u issa b’dan l-abbozz se nagħmlu qabża fil-kwalita mhux biss tas-servizzi imma fil-ħajja ta’ dawn il-persuni. Il-kunsill se jkun l-entità li se jkun qed jissorvelja lill-Gvern fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali.”
Intant mill-abbozz jirriżulta li l-kunsill għandu jaġixxi f’kapaċita konsultattiva għall-Ministru u għandu jipprepara u jissottometti pjan nazzjonli ta’ sapport għall-awtiżmu. L-istess kunsill għandu jirrevedi, jissorvelja u jaġġorna dan il-pjan nazzjonali u jassisti lill-Gvern biex jilħaq l-għanijiet ta’ dan l-att. L-istess kunsill għandu jiġbor informazzjoni xierqa, anonima u aggregata dwar il-popolazzjoni kollettiva ta’ persuni fi ħdan il-firxa wiesa' ta’ awtiżmu. Dan se jagħti pariri dwar il-promozzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home